eu-charter

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 15 - Il-libertà professjonali u d-dritt għax-xogħol

Artikolu 15 - Il-libertà professjonali u d-dritt għax-xogħol

1. Kull persuna għandha d-dritt li taħdem u li twettaq xogħol magħżul jew aċċettat liberament.
2. Kull ċittadin ta' l-Unjoni għandu l-libertà li jfittex impjieg, li jaħdem, li jeżerċita d-dritt ta' stabbiliment u li jagħti servizzi f'kull Stat Membru.
3. Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma awtorizzati jaħdmu fit-territorji ta' l-Istati Membri għandhom id-dritt għal kondizzjonijiet ta' xogħol ekwivalenti għal dawk li jgawdu minnhom iċ-ċittadini ta' l- Unjoni.

  • Text:

    Il-libertà professjonali, kif dikjarata fl-Artikolu 15(1), hi rikonoxxuta fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, fost oħrajn, is-sentenza ta' l- 14 ta' Mejju 1974, Nold (4/73, Ġabra 1974, p. 491, punti 12 sa 14); is-sentenza tat- 13 ta' Diċembru 1979, Hauer (44/79, Ġabra 1979, p. 3727); is-sentenza tat- 8 ta' Ottubru 1986, Keller (234/85, Ġabra 1986, p. 2897, punt 8).
    Dan il-paragrafu huwa ispirat ukoll mill-Artikolu 1(2) tal-Karta Soċjali Ewropea, li ġiet iffirmata fit- 18 ta' Ottubru 1961 u ġiet irratifikata mill-Istati Membri kollha, u mill-punt 4 tal-Karta tal-Komunità dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema tad- 9 ta' Diċembru 1989. L-espressjoni `kondizzjonijiet tax-xogħol` għandha tiftiehem fis-sens ta' l-Artikolu 156 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.
    It-tieni paragrafu jittratta t-tliet libertajiet garantiti mill-Artikoli 26 u 45, 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-moviment liberu tal-ħaddiema, il-libertà ta' l-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.
    It-tielet paragrafu ġie bbażat fuq l-Artikolu 153(1)(g), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, u fuq l-Artikolu 19(4) tal-Karta Soċjali Ewropea, iffirmata fit- 18 ta' Ottubru 1961 u ratifikata mill-Istati Membri kollha. L-Artikolu 52(2), tal-Karta hu għalhekk applikabbli. Il-kwistjoni tar-reklutaġġ ta' baħħara li jkollhom in-nazzjonalità ta' Stati terzi għall-ekwipaġġ ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ta' l-Unjoni hija regolata mil-liġi ta' l-Unjoni u mil-leġislazzjoni u l-prattika nazzjonali.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.
  • Shirley McCarthy v Secretary of State for the Home Department
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Court (Third Chamber)
    Type:
    Decision
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:EU:C:2011:277
  • Shirley McCarthy v Secretary of State for the Home Department
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Opinion of Advocate General
    Type:
    Opinion
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
  • Pensionsversicherungsanstalt v Christine Kleist
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    European Court of Justice (Second Chamber)
    Type:
    Decision
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
  • Blanco Pérez and Chao Gómez
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Opinion of Advocate General
    Type:
    Opinion
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):

0 results found

0 results found

0 results found