eu-charter

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 35 - Il-protezzjoni tas-saħħa

Artikolu 35 - Il-protezzjoni tas-saħħa

Kull persuna għandha d-dritt ta' aċċess għal kura preventiva tas-saħħa u d-dritt li tgawdi minn kura medika skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali. Għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-linji ta' politika u l-attivitajiet kollha ta' l-Unjoni.

  • Text:

    Il-prinċipji stabbiliti f'dan l-Artikolu ġew ibbażati fuq l-Artikolu 152 tat-Trattat KE, issa sostitwit bl-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, u fuq l-Artikoli 11 u 13 tal-Karta Soċjali Ewropea. It-tieni sentenza ta' l-Artikolu hija l-istess bħall-Artikolu 168(1).

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found

0 results found