eu-charter

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 49 - Il-prinċipji ta' legalità u proporzjonalità ta' reati u ta' pieni

Artikolu 49 - Il-prinċipji ta' legalità u proporzjonalità ta' reati u ta' pieni

1. L-ebda persuna m'għandha tiġi kkundannata għal xi att jew ommissjoni li, fiż-żmien meta sar jew saret, ma kienx jew ma kenitx reat skond il-liġi nazzjonali jew il-liġi internazzjonali. Lanqas m'għandha tingħata piena akbar minn dik li kienet applikabbli fiż-żmien meta twettaq ir-reat. Jekk wara li twettaq ir-reat, il-liġi tipprovdi għal piena inqas, dik il-piena għandha tkun applikabbli. 2. Dan l-Artikolu m'għandux jippreġudika l-proċess u l-piena ta' persuna ħatja ta' att jew ommissjoni li, fiż-żmien meta sar jew saret, kien jew kienet reat skond il-prinċipji ġenerali rikonoxxuti mill-komunità tan-nazzjonijiet. 3. Is-severità tal-piena m'għandhiex tkun sproporzjonata għar-reat.

  • Text:

    Dan l-Artikolu isegwi r-regola tradizzjonali tan-nonretroattività tal-liġijiet u tal-pieni. Miegħu żdiedet ir-regola tar-retroattività ta' liġi penali li tkun aktar klementi, li teżisti f'għadd ta' Stati Membri u li tinstab fl-Artikolu 15 tal-Patt dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi.

    L-Artikolu 7 tal-KEDB jinqara kif ġej:

    `1. Hadd ma għandu jitqies li jkun ħati ta' reat kriminali minħabba f'xi att jew ommissjoni li ma kienux jikkostitwixxu reat kriminali skond liġi nazzjonali jew internazzjonali fil-ħin meta jkun sar. Lanqas ma għandha tingħata piena akbar minn dik li kienet applikabbli fiż-żmien meta r-reat kriminali jkun sar.

    2. Dan l-Artikolu ma għandux jippreġudika l-proċeduri u l-applikazzjoni tal-piena ta' xi persuna għal xi att jew ommissjoni li, fiż-żmien meta jkun sar, kien kriminali skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi rikonoxxuti min-nazzjonijiet ċivilizzati`.

    Fil-paragrafu 2, ir-referenza għall-kelma `ċivilizzati` ġiet imħassra; dan ma jbiddel bl-ebda mod is-sens ta' dan il-paragrafu, li jirreferi partikolarment għar-reati kontra l-umanità. Skond l-Artikolu 52(3), id-dritt li huwa ggarantit hawnhekk għandu għalhekk l-istess sens u l-istess ambitu bħad-dritt iggarantit mill-KEDB.

    Il-paragrafu 3 jtenni l-prinċipju ġenerali ta' proporzjonalità tar-reati u l-pieni, li huwa protett mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni ta' l-Istati Membri u mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.
  • Ahmed Abdelaziz Ezz, Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed, Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin, Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar v Council of the European Union
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    General Court (Third Chamber)
    Type:
    Decision
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
  • X., Y. and Z. v Minister voor Immigratie en Asiel
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Court (Fourth Chamber)
    Type:
    Decision
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:EU:C:2013:720
  • Telefónica and Telefónica de España v Commission
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Advocate General Wathelet
    Type:
    Opinion
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
  • Eni SpA v European Commission
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    General Court (First Chamber)
    Type:
    Decision
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
  • Schindler Holding Ltd and Others v European Commission and Others
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Advocate General
    Type:
    Opinion
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:EU:C:2013:248
  • Ministerul Public - Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Constanţa v Ciprian Vasile Radu
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Opinion of Advocate General
    Type:
    Opinion
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
  • Alliance One International Inc. and Others v European Commission and Others
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    European Court of Justice (Grand Chamber)
    Type:
    Decision
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
  • Toshiba Corporation et al v Úřad pro ochranu hospodářské soutěže (Czech competition authority)
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    European Court of Justice (Grand Chamber)
    Type:
    Decision
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
  • Alliance One International Inc. and Others v European Commission and Others
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Opinion of Advocate General
    Type:
    Opinion
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
  • KME Germany AG, KME France SAS, KME Italy SpA v Commission
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    European Court of Justice (Second Chamber)
    Type:
    Decision
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):

0 results found

0 results found

0 results found

0 results found