eu-charter

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 45 - Il-libertà ta' moviment u ta' residenza

Artikolu 45 - Il-libertà ta' moviment u ta' residenza

1. Kull ċittadin ta' l-Unjoni għandu d-dritt tal-libertà ta' moviment u ta' residenza fit-territorju ta' l- Istati Membri. 2. Il-libertà ta' moviment u ta' residenza tista' tingħata, skond it-Trattati, lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti legalment fit-territorju ta' Stat Membru..

  • Text:

    Id-dritt iggarantit bil-paragrafu 1 huwa d-dritt iggarantit bl-Artikolu 20(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (ara wkoll il-bażi ġuridika fl-Artikolu 21; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas- 17 ta' Settembru 2002, Baumbast (C-413/99, Ġabra 2002, p. I-7091). Skond l-Artikolu 52(2), dawk id-drittijiet għandhom japplikaw skond il-kondizzjonijiet u fil-limiti previsti fit-Trattati.

    Il-paragrafu 2 jirriferi għall-kompetenza mogħtija lill-Unjoni permezz ta' l-Artikoli 77, 78 u 79 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Konsegwentement, l-għoti ta' dan id-dritt jiddependi fuq l-eżerċizzju ta' din il-kompetenza mill-istituzzjonijiet.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found

0 results found

  • Report / Paper / Summary
    9
    November
    2009
    This report released by the Agency highlights the case of the Roma and their particular challenges in exercising these rights. Based on the evidence of its report, the FRA advises the EU and its Member States to adopt targeted policies promoting social cohesion to ensure that all citizens can exercise their right to freedom of movement effectively.