L-Ugwaljanza
Artikolu 20 - L-ugwaljanza f'għajnejn il-
Kull persuna hija ugwali f'għajnejn il-liġi..
Dan l-Artikolu jikkorrispondi għall-prinċipju ġenerali tal-liġi li hu inkluż fil-kostituzzjonijiet Ewropej kollha u ġie wkoll rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala prinċipju bażiku tal-liġi Komunitarja (is-sentenza tat- 13 ta' Novembru 1984, Racke (283/83, Ġabra 1984, p. 3791), tas- 17 ta' April 1979, EARL (15/95, Ġabra 1997, p. I-1961), u s-sentenza tat- 13 ta' April 2000, Karlsson 292/97, Ġabra 2000, p. 2737).