eu-charter

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 42 - Id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti

Artikolu 42 - Id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti

Kull ċittadin ta' l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, għandu d-dritt ta' aċċess għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom.

  • Text:

    Id-dritt iggarantit f'dan l-Artikolu ġie meħud mill-Artikolu 255 tat-Trattat KE, li fuq bażi tiegħu ġie sussegwentement adottat ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Il-Konvenzjoni Ewropea estendiet dan id-dritt għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet, tal-korpi u ta' l-aġenziji b'mod ġenerali, tkun xi tkun il-forma li fiha jkunu saru, (ara l-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea). Skond l-Artikolu 52(2) tal-Karta, id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti huwa eżerċitat skond il-kondizzjonijiet u fil-limiti li huma previsti fl-Artikoli 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found

0 results found

0 results found