Libertajiet
Artikolu 18 - Id-dritt għall-asil
Id-dritt għall-asil għandu jkun garantit b'rispett għar-regoli tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat- 28 ta' Lulju 1951 u l-Protokoll tal- 31 ta' Jannar 1967 dwar l-istatus ta' refuġjati u skond it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (hawn aktar 'il quddiem "it-Trattati").
It-test ta' dan l-Artikolu ġie bbażat fuq l-Artikolu 63 tat-Trattat KE, issa sostitwit bl-Artikolu 78 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, li jobbliga lill-Unjoni tirrispetta l-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar ir-refuġjati. Wieħed għandu jagħmel riferenza għad-dispożizzjonijiet tal-Protokolli dwar ir-Renju Unit u l-Irlanda, annessi għat-Trattati, u dak dwar id-Danimarka, sabiex jiġi ddeterminat safejn dawn l-Istati Membri jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni f'dan il-qasam u safejn dan l-Artikolu jkun applikabbli għalihom. Dan l-Artikolu hu konformi mal-Protokoll dwar l-asil anness mat-Trattati.