eu-charter

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 52 - L-ambitu u l-interpretazzjoni ta' drittijiet u ta' prinċipji

Artikolu 52 - L-ambitu u l-interpretazzjoni ta' drittijiet u ta' prinċipji

1. Kull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti minn din il-Karta għandha tkun prevista mil-liġi u għandha tirrispetta l-essenza ta' dawk id-drittijiet u l-libertajiet. Bla ħsara għall-prinċipju ta' proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet f'dawk il-każijiet biss fejn ikun meħtieġ u fejn ġenwinament jintlaħqu l-objettivi ta' interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn. 2. Id-drittijiet rikonoxxuti minn din il-Karta li għalihom hemm dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati skond il-kondizzjonijiet u fil-limiti definiti fihom. 3. Safejn din il-Karta fiha drittijiet li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, it-tifsira u l-ambitu ta' dawk id-drittijiet għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti mill-Konvenzjoni msemmija. Din id-dispożizzjoni ma żżommx lil-liġi ta' l-Unjoni milli jipprevedi protezzjoni aktar estensiva. 4. Safejn din il-Karta tirrikonoxxi d-drittijiet fundamentali kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, dawk id-drittijiet għandhom ikunu interpretati f'armonija ma' dawk it-tradizzjonijiet. 5. Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Karta li fihom prinċipji jistgħu jiġu implimentati b'atti leġislattivi u eżekuttivi meħuda mill-Istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji ta' l-Unjoni, u b'atti ta' l-Istati Membri meta dawn ikunu qegħdin jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Ma jistgħux jiġu invokati fil-qorti ħlief għall-iskop ta' l-interpretazzjoni u d-determinazzjoni tal-legalità ta' dawn l-atti. 6. Għandha tittieħed kunsiderazzjoni sħiħa tal-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali kif speċifikat f'din il- Karta. 7. L-ispjegazzjonijiet imfassla bħala gwida għall-interpretazzjoni ta' din il-Karta għandhom jingħataw il-kunsiderazzjoni dovuta mill-qrati ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri.

  • Text:

    L-Artikolu 52 huwa intiż sabiex jiffissa l-ambitu tad-drittijiet u l-prinċipji tal-Karta, u sabiex jistabbilixxi regoli għall-interpretazzjoni tagħhom. Il-paragrafu 1 jittratta l-arranġamenti għal-limitazzjonijiet ta' drittijiet. Il-formola użata hija bbażata fuq il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja: `... ġie sew stabbilit fil-każistika tal-Qorti li jistgħu jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, partikolarment fil-kuntest ta' organizzazzjoni komuni tas-suq, bil-kondizzjoni li dawk ir-restrizzjonijiet jikkorrispondu fil-fatt għall-objettivi ta' interess ġenerali segwiti mill-Komunità u ma jikkostitwixxux, fir-rigward ta' l-għan segwit, indħil sproporzjonat u mhux raġonevoli li jipperikola n-natura proprja ta' dawk id-drittijiet`(sentenza tat- 13 ta' April 2000, Karlsson u oħrajn (C-292/97, Ġabra p. 2737, punt 37)). Ir-referenza għall-interessi ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni tkopri kemm l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll interessi oħra protetti minn dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattati bħall-Artikoli 4(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 35(3), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u l-artikoli 36 u 346 ta' dan it-Trattat.
    Il-paragrafu 2 jirreferi għal drittijiet li kienu diġà ggarantiti espressament fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li ġew rikonoxxuti fil-Karta, u li issa jinstabu fit-Trattati (notevolment id-drittijiet derivati miċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni). Huwa jagħmilha ċara li dawn id-drittijiet jibqgħu soġġetti għall-kondizzjonijiet u għal-limiti applikabbli għall-liġi ta' l-Unjoni li fuqu huma bbażati, u li huma previsti fit-Trattati. Il-Karta ma tbiddilx is-sistema tad-drittijiet mogħtija mit-Trattat KE u riprodotta fit-Trattati.
    Il-paragrafu 3 huwa intiż sabiex jiżgura l-koerenza meħtieġa bejn il-Karta u l-KEDB billi jistabbilixxi r-regola li, safejn id-drittijiet stipulati f'din il-Karta jikkorrispondu wkoll għad-drittijiet iggarantiti mill-KEDB, it-tifsira u l-ambitu ta' dawk id-drittijiet, inklużi l-limitazzjonijiet awtorizzati, huma l-istess bħal dawk stabbiliti mill-KEDB. Dan ifisser partikolarment li l-leġislatur, meta qiegħed jistabbilixxi l-limitazzjonijiet għal dawk id-drittijiet, għandu jagħmel hekk b'konformità ma' l-istess standards iffissati bl-arranġamenti dettaljati tal-limitazzjonijiet previsti fil-KEDB, li huma b'hekk magħmula applikabbli għad-drittijiet koperti b'dan il-paragrafu, mingħajr ma dan jaffetwa b'mod negattiv l-awtonomija tal-liġi ta' l-Unjoni u dik tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.
    Ir-referenza għall-KEDB tkopri kemm il-Konvenzjoni kif ukoll il-Protokolli tagħha. It-tifsira u l-ambitu tad-drittijiet iggarantiti huma ddeterminati mhux biss mit-test ta' dawk l-istrumenti, iżda wkoll mill-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea. L-aħħar sentenza tal-paragrafu ġiet imfassla sabiex tippermetti lill-Unjoni tiggarantixxi protezzjoni aktar estensiva. Fi kwalunkwe każ, il-livell ta' protezzjoni pprovdut mill-Karta qatt ma jista' jkun inqas minn dak li huwa ggarantit mill-KEDB.
    Il-Karta ma tolqotx il-possibbiltajiet ta' l-Istati Membri li jirrikorru għall-Artikolu 15 tal-KEDB, li jippermetti derogi mid-drittijiet stipulati fil-KEDB f'każ ta' gwerra jew ta' perikli pubbliċi oħra li jheddu l-ħajja tan-nazzjon, meta jaġixxu fl-oqsma tad-difiża nazzjonali f'każ ta' gwerra u taż-żamma ta' l-ordni, skond ir-responsabbiltajiet tagħhom rikonoxxuti fl-Artikolu 4(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 72 u 347 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.
    Il-lista tad-drittijiet li, f'dan l-istadju u mingħajr ma jiġi eżkluż ebda żvilupp fid-dritt, fil-leġislazzjoni u fit-Trattati, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala korrispondenti għad-drittijiet fil-KEDB fis-sens tal-paragrafu preżenti hija mogħtija hawn taħt. Ma tinkludix drittijiet addizzjonali għal dawk li hemm fil-KEDB.
    1. L-Artikoli tal-Karta fejn kemm is-sens kif ukoll l-ambitu huma l-istess bħal dawk fl-Artikoli korrispondenti tal-KEDB:
    - l-Artikolu 2 jikkorrispondi għall-Artikolu 2 tal-KEDB;
    - l-Artikolu 4 jikkorrispondi għall-Artikolu 3 tal-KEDB;
    - l-Artikolu 5(1) u (2) jikkorrispondi għall-Artikolu 4 tal-KEDB;
    - l-Artikolu 6 jikkorrispondi għall-Artikolu 5 tal-KEDB;
    - l-Artikolu 7 jikkorrispondi għall-Artikolu 8 tal-KEDB;
    - l-Artikolu 10(1) jikkorrispondi għall-Artikolu 9 tal-KEDB;
    - l-Artikolu 11 jikkorrispondi għall-Artikolu 10 tal-KEDB mingħajr preġudizzju għal xi restrizzjonijiet li l-liġi ta' l-Unjoni tista' jimponi fuq id-dritt ta' l-Istati Membri li jintroduċu l-arranġamenti ta' awtorizzazzjoni msemmija fit-tielet sentenza ta' l-Artikolu 10(1) tal-KEDB;
    - l-Artikolu 17 jikkorrispondi għall-Artikolu 1 tal-Protokoll tal-KEDB;
    - l-Artikolu 19(1) jikkorrispondi għall-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru. 4;
    - l-Artikolu 19(2) jikkorrispondi għall-Artikolu 3 tal-KEDB, kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
    - l-Artikolu 48 jikkorrispondi għall-Artikolu 6(2) u (3) tal-KEDB;
    - l-Artikolu 49(1) (bl-eċċezzjoni ta' l-aħħar sentenza) u (2) jikkorrispondi għall-Artikolu 7 tal-KEDB.

    2. L-Artikoli fejn is-sens huwa l-istess bħal dak fl-Artikoli korrispondenti tal-KEDB, iżda fejn l-ambitu huwa usa':
    - l-Artikolu 9 jkopri l-istess qasam bħall-Artikolu 12 tal-KEDB, iżda l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jista' jiġi estiż għal forom oħra ta' żwieġ jekk dawn huma stabbiliti permezz tal-liġi nazzjonali;
    - l-Artikolu 12(1) jikkorrispondi għall-Artikolu 11 tal-KEDB, iżda l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu huwa estiż għal-livell ta' l-Unjoni Ewropea;
    - l-Artikolu 14(1) jikkorrispondi għall-Artikolu 2 tal-Protokoll tal-KEDB, iżda l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu huwa estiż sabiex ikopri aċċess għall-formazzjoni professjonali u kontinwa;
    - l-Artikolu 14(3) jikkorrispondi għall-Artikolu 2 tal-Protokoll tal-KEDB fir-rigward tad-drittijiet tal-ġenituri;
    - l-Artikolu 47(2) u (3) jikkorrispondi għall-Artikolu 6(1) tal-KEDB, iżda l-limitazzjoni għad-determinazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi ċivili jew għad-deċiżjoni dwar akkużi kriminali ma tapplikax fir-rigward tal-liġi ta' l-Unjoni u ta' l-implimentazzjoni tagħha;
    - l-Artikolu 50 jikkorrispondi għall-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru. 7 tal-KEDB, iżda l-ambitu tiegħu huwa estiż għal-livell ta' l-Unjoni Ewropea bejn il-Qrati ta' l-Istati Membri;
    - Fl-aħħarnett, iċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala barranin fil-kamp tal-applikazzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni, minħabba fil-projbizzjoni ta' kwalunkwe diskriminazzjoni fuq bażi ta' nazzjonalità. Il-limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 16 tal-KEDB fir-rigward tad-drittijiet tal-barranin għalhekk ma japplikawx għalihom f'dan il-kuntest.

    Ir-regola interpretattiva li tinsab fil-paragrafu 4 hija bbażata fuq it-test ta' l-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tieħu l-kont dovut ta' l-approċċ lejn it-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni li segwiet il-Qorti tal-Ġustizzja (per eżempju s-sentenzi tat- 13 ta' Diċembru 1979, Hauer (44/79, Ġabra 1979, p. 3727) u tat- 18 ta' Mejju 1982, AM&S (155/79, Ġabra 1982, p. 1575). Skond din ir-regola, minflok ma jiġi segwit approċċ riġidu ta' 'l-iżgħar denominatur komuni', wieħed għandu jinterpreta d-drittijiet konċernati fil-Karta b'mod li joffri livell għoli ta' protezzjoni, li huwa adegwat għal-liġi ta' l-Unjoni u f'armonija mat-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni.
    Il-paragrafu 5 jiċċara d-distinzjoni bejn `drittijiet` u `prinċipji` stabbilita fil-Karta. Skond dik id-distinzjoni, id-drittijiet soġġettivi għandhom jiġu rrispettati, waqt li l-prinċipji għandhom jiġu osservati (Artikolu 51(1)). Il-prinċipji jistgħu jiġu implimentati permezz ta' atti leġislattivi jew eżekuttivi (adottati mill-Unjoni skond il-kompetenzi tagħha, u mill-Istati Membri biss meta huma jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni); għaldaqstant, huma jkollhom sinifikat partikolari għall-Qrati biss meta dawn l-atti jiġu interpretati jew riveduti. Madankollu huma ma jagħtux lok għal xi pretensjonijiet diretti għal azzjoni pożittiva mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jew mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri. Dan huwa konsistenti kemm mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara notevolment il-każistika dwar il-`prinċipju ta' prekawzjoni` fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (is-sentenza tal-Qorti tal-Prim' Istanza tal- 11 ta' Settembru 2002 Pfizer (T-13/99, Ġabra p. II-3305) b'bosta referenzi għall-każistika preċedenti, u sensiela ta' sentenzi dwar l-Artikolu 33 (ex-39) dwar il-prinċipji tal-liġi agrikola: per eżempju s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 11 ta' Marzu 1987, Van den Berg (265/85, Ġabra 1987, p. 1155: l-eżami tal-prinċipju ta' l-istabbilizzazzjoni tas-suq u ta' aspettativi leġittimi) kif ukoll ma' l-approċċ meħud mis-sistemi kostituzzjonali ta' l-Istati Membri lejn `prinċipji`, b'mod partikolari fil-qasam tal-liġi soċjali. Bħala eżempju, wieħed jista' jsemmi, fost l-eżempji ta' prinċipji rikonoxxuti mill-Karta, l-Artikoli 25, 26 u 37. F'ċerti każijiet, Artikolu tal-Karta jista' jinkludi kemm l-element tal-liġi kif ukoll ta' prinċipju: p.e. l-Artikoli 23, 33 u 34.
    Il-paragrafu 6 jirriferi għal diversi Artikoli fil-Karta li, fl-ispirtu tas-sussidjarjetà, jagħmlu referenza għal-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.
  • Commercial company FMC, d. o. o., Ljubljana v. The Supreme Court, Republic of Slovenia
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Constitutional Court of the Republic of Slovenia
    Type:
    Decision
    Policy area:
    Taxation
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:SI:USRS:2022:Up.1133.18
  • Re. the application of XXX Memic for permit to file a certiorari order
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Supreme Court of Cyprus, Primary Jurisdiction
    Type:
    Decision
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:CY:AD:2022:D26
  • Bank Melli Iran v Telekom Deutschland GmbH
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Court (Grand Chamber)
    Type:
    Decision
    Policy area:
    External trade
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:EU:C:2021:1035
  • Re the application of XXX Hadjioannou et al for the issue of a Certiorary Order regarding the order for recovery of telephone data dated 29.09.2019 isused by the District Court of Limassol based on application No, 70/19 and the affidavit of police officer 3xx7 xxx Akourastos for the lifting of telecommunication data of the applicant on the basis of the law on data retention of 2007 N. 183(1)/07.
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Cyprus Supreme Court
    Type:
    Decision
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
    CY:AD:2021:D487
  • Jose Ricaurte Jaen Celada v Ministry of Interior
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Constitutional Court of the Republic of Croatia
    Type:
    Decision
    Policy area:
    Asylum and migration
    ECLI (European case law identifier):
  • Abah Bouazza and others; Albert Guigui and others; Section belge du Congrès juif mondial et Congrès juif européen and others and by the Muslim Executive of Belgium and others.
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Constitutional Court
    Type:
    Decision
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):
  • European Commission v Federal Republic of Germany
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Court (Fourth Chamber)
    Type:
    Decision
    Policy area:
    Energy
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:EU:C:2021:662
  • B. A. H. H. v. Republic of Cyprus through the Asylum Service
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Administrative Court of International Protection
    Type:
    Decision
    Policy area:
    Asylum and migration
    ECLI (European case law identifier):
    CY:DDDP:2021:416
  • President of the Republic
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Constitutional Court
    Type:
    Decision
    Policy area:
    Justice, freedom and security
    ECLI (European case law identifier):
  • Judge v. Vice-President of the Supreme Court and Judicial Council of the Republic of Slovenia
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Supreme Court
    Type:
    Policy area:
    Justice, freedom and security
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:SI:VSRS:2021:U.3.2021.33

0 results found

0 results found

0 results found

0 results found