27
April
2022
Din il-gwida tista’ tgħin lill-ibliet li jixtiequ jtejbu l-isforzi tagħhom biex jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem. Din għandha l-għan li tħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali jadottaw standards ogħla tad-drittijiet tal-bniedem. L-idea hija li jiġi mħeġġeġ u mrawwem it-tagħlim reċiproku dwar id-drittijiet tal-bniedem u dawk fundamentali. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), grupp ta’ bliet għad-drittijiet tal-bniedem u diversi prattikanti fl-UE ħadmu flimkien biex jipproduċu din il-gwida. Il-gwida tibbaża fuq il-prattiki u l-esperjenzi promettenti tal-ibliet, tar-reġjuni, tal-esperti, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u tan-networks li jistgħu jinstabu fir-rapport tal-FRA Human rights cities in the EU: A framework for reinforcing rights locally (Bliet tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE: Qafas għat-tisħiħ tad-drittijiet fil-livell lokali).
8
June
2023
Is-sena 2022 ġabet magħha kemm progress kif ukoll ostakli f’termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Ir-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2023 tal-FRA jirrieżamina l-iżviluppi ewlenin fil-qasam, filwaqt li jidentifika kemm ilkisbiet kif ukoll l-oqsma ta’ tħassib li fadal. Din ilpubblikazzjoni tippreżenta l-opinjonijiet tal-FRA dwar
l-iżviluppi ewlenin fl-oqsma tematiċi koperti u taqsira tal-evidenza li tappoġġa dawn l-opinjonijiet.
8
June
2022
Is-sena 2021 ġabet magħha kemm progress kif ukoll ostakli f’termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Ir-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2022 tal FRA jirrieżamina l-iżviluppi ewlenin fil-qasam, filwaqt li jidentifika kemm ilkisbiet kif ukoll l-oqsma ta’ tħassib li fadal. Din ilpubblikazzjoni tippreżenta l-opinjonijiet tal-FRA dwar l-iżviluppi ewlenin fl-oqsma tematiċi koperti u taqsira tal-evidenza li tappoġġja dawn l-opinjonijiet.
19
August
2022
L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiffaċċjaw diversi sfidi fl-Unjoni Ewropea kollha. Ir-rapport tal-FRA dwar II-protezzjoni tal-ispazju ċiviku fl-UE jippreżenta s-sejbiet tal-aġenzija dwar dawn l-isfidi. Dan inħareġ f’Settembru tal-2021. Dan is-sommarju jippreżenta s-Sejbiet Ewlenin u l-opinjonijiet tal-FRA deskritti firrapport.
6
December
2021
L-Opinjoni 1/21 tal-FRA turi l-firxa u n-natura ta’ esperjenzi ta’ inugwaljanza u diskriminazzjoni mgarrba madwar l-UE. Hija tagħmel dan b’referenza għarragunijiet għad-diskriminazzjoni u l-oqsma tal-ħajja koperti mid-direttivi dwar l-ugwaljanza razzjali u fl-impjieg, kif ukoll mid-Direttiva proposta dwar it-Trattament Ugwali. Inħarget fit-30 ta’ April 2021. Dan is-sommarju jipprezenta r-rakkomandazzjonijiet ewlenin (“Sejbiet ewlenin u opinjonijiet”) deskritti fl-Opinjoni 1/21 tal-FRA.
14
April
2022
Li nitkellmu favur id-drittijiet tal-bniedem qatt ma kien aktar importanti! Iżda kif inhu l-aħjar mod? Kif nistgħu ngħaqqdu lin-nies flimkien u nikkomunikaw b’mod li jiġbed l-attenzjoni?