- Text:
Id-dritt fl-Artikolu 4 jikkorispondi għad-dritt iggarantit bl-Artikolu 3 tal-KEDB, li għandu l-istess kliem: `Ħadd m'għandu jkun assoġġettat għal tortura jew għal trattament jew piena inumana jew degradanti.` Bis-saħħa ta' l-Artikolu 52(3) tal-Karta, għandu għalhekk l-istess sens u l-istess ambitu bħall-Artikolu tal-KEDB.
Source:Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.
Artikolu 4 - Il-projbizzjoni tat-tortura jew tal-pieni jew trattamenti inumani jew degradanti
Ħadd m'għandu jkun assoġġettat għal tortura jew għal pieni jew trattamenti inumani jew degradanti.
CHARTERPEDIA RESOURCES
Spjegazzjonijiet
Każistika
Liġi kostituzzjonali nazzjonali
Liġi tal-UE
Dritt internazzjonali
Prodotti
Pagination
- First page
- Previous page
- Page 1
- Page 2
- Page 3
- Page 4
- Current page 5
Pagination
- First page
- Previous page
- Page 1
- Page 2
- Page 3
- Page 4
- Current page 5