L-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Korpi tal-Ugwaljanza u l-Istituzzjonijiet tal-Ombudsperson
Korpi tal-Ugwaljanza
Il-leġiżlazzjoni tal-UE tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu korp jew korpi għall-promozzjoni tat-trattament ugwali fuq il-bażi tal-oriġini razzjali jew etnika u l-ġeneru jew is-sess. Il-FRA tikkoopera mal-korpi tal-ugwaljanza permezz tal-istruttura ta’ koordinazzjoni tagħhom, Equinet (Network Ewropew tal-Korpi tal-Ugwaljanza) u permezz ta’ kooperazzjoni bilaterali diretta. Isiru laqgħat regolari bejn il-FRA u l-Equinet kif ukoll mal-membri tal-Equinet fuq bażi tematika. Il-FRA hija wkoll mistiedna regolarment biex tikkontribwixxi għal sessjonijiet ta’ taħriġ u seminars tal-Equinet.
Għal aktar informazzjoni dwar il-korpi tal-ugwaljanza, ara:
- Ir-rapport tal-FRA Data Protection in the European Union: the role of National Data Protection Authorities (Strengthening the fundamental rights architecture in the EU II) (Il-Protezzjoni tad-Data fl-Unjoni Ewropea: ir-rwol tal-Awtoritajiet Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data (It-tisħiħ tal-arkitettura tad-drittijiet fundamentali fl-UE II)) (Mejju 2010)
- Equinet
L-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem
L-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (NHRIs) huma istituzzjonijiet indipendenti stabbiliti mil-liġi u f’konformità mal-“Prinċipji ta’ Pariġi” approvati min-Nazzjonijiet Uniti. L-NHRIs għandhom il-mandat li jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem fil-livell nazzjonali skont in-normi u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem. Il-FRA tikkoopera mal-NHRIs, man-Network Ewropew tal-NHRIs u permezz ta’ kooperazzjoni bilaterali diretta. Isiru wkoll laqgħat tematiċi annwali bejn il-FRA u l-NHRIs.
Għal aktar informazzjoni dwar l-NHRIs, ara: dawn li ġejjin:
- Ir-rapport tal-FRA Handbook on the establishment and accreditation of National Human Rights Institutions in the European Union (Manwal dwar l-istabbiliment u l-akkreditazzjoni taI-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Unjoni Ewropea) (Ottubru 2012)
- Ir-rapport tal-FRA National Human Rights Institutions in the EU Member States (Strengthening the fundamental rights architecture in the EU I) (L-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Istati Membri tal-UE (It-tisħiħ tal-arkitettura tad-drittijiet fundamentali fl-UE I)) (Mejju 2010)
- Il-Kumitat Internazzjonali ta’ Koordinazzjoni (ICC) tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għall-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem
L-istituzzjonijiet tal-Ombudsperson
Kuntatt: