You are here:

Artikolu 22 - Id-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika

Artikolu 22 - Id-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika

L-Unjoni tirrispetta d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika.

    Text:

    Dan l-Artikolu ġie bbażat fuq l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fuq l-Artikolu 151(1) u (4) tat-Trattat KE, issa sostitwit bl-Artikolu 167 (1) u (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, dwar il-kultura. Barra minn hekk, ir-rispett għad-diversità kulturali u lingwistika huwa issa stabbilit ukoll fl-Artikolu I-3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan l-Artikolu hu wkoll ispirat mid-Dikjarazzjoni Nru. 11 mehmuż ma' l-Att Finali tat-Trattat ta' Amsterdam dwar l-istatus tal-knejjes u ta' l-organizzazzjonijiet mhux konfessjonali, li issa jinsab fl-Artikolu 17 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007

    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found