You are here:

Artikolu 19 - Il-protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni

Artikolu 19 - Il-protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni

1. It-tkeċċijiet kollettivi huma pprojbiti.
2. Ħadd ma jista' jitneħħa, jitkeċċa jew jkun estradit lejn Stat fejn hemm riskju serju li jkun suġġett għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal pieni jew trattamenti oħra inumani jew degradanti.

    Text:

    Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu l-istess sens u ambitu bħall-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru. 4 tal-KEDB dwar it-tkeċċija kollettiva. L-iskop tiegħu hu li jiggarantixxi li kull deċiżjoni tkun ibbażata fuq eżami speċifiku u li ma tkun tista' tittieħed ebda miżura biex jiġu mkeċċija ċ-ċittadini kollha li jkollhom in-nazzjonalità ta' Stat partikolari (ara wkoll l-Artikolu 13 tal-Patt dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi).
    Il-paragrafu 2 jinkorpora l-każistika rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward ta' l-Artikolu 3 tal-KEDB (ara s-sentenzi tas- 17 ta' Diċembru 1996, Ahmed vs. L-Awstrija, Ġabra 1996, p. VI-2206 u tas- 7 ta' Lulju 1989, Soering).

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007

    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found