You are here:

Artikolu 27 - Id-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni fi ħdan l-impriża

Artikolu 27 - Id-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni fi ħdan l-impriża

Il-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom, fil-livelli xierqa, jkunu ggarantiti informazzjoni u konsultazzjoni fi żmien utli, fil-każijiet u skond il-kondizzjonijiet previsti mil-liġi ta' l-Unjoni u mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.

    Text:

    Dan l-Artikolu jidher fil-Karta Soċjali Ewropea riveduta (l-Artikolu 21) u fil-Karta Komunitarja dwar id-Drittijiet tal-Ħaddiema (il-punti 17 u 18). Huwa japplika skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi ta' l-Unjoni u mil-liġijiet nazzjonali. Ir-referenza għal livelli xierqa tirrigwarda l-livelli stabbiliti mil-liġi ta' l-Unjoni jew mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali li jistgħu jinkludu l-livell Ewropew fejn il-leġislazzjoni ta' l-Unjoni tipprevedi hekk. F'dan il-qasam hu importanti l-acquis ta' l-Unjoni: l-Artikoli 154 u 155 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, u d-Direttivi 2002/14/KE (kwadru ġenerali rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema fil-Komunità Ewropea), 98/59/KE (tkeċċija kollettiva mix-xogħol), 2001/23/KE (trasferimenti ta' impriżi) u 94/45/KE (kumitati ta' l-impriżi Ewropej).

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007

    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found