You are here:

Artikolu 36 - L-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

Artikolu 36 - L-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

L-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta l-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali kif previst fil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali, skond it-Trattati, sabiex tippromwovi l-koeżjoni soċjali u territorjali ta' l- Unjoni.

    Text:

    Dan l-Artikolu huwa kompletament konformi ma' l-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u ma joħloq l-ebda dritt ġdid. Hu sempliċiment jistabbilixxi l-prinċipju ta' rispett, mill-Unjoni għall-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali kif previsti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali, meta dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli mal-liġi ta' l-Unjoni.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007

    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found