L-ipproċessar ta’ data personali mdaħħla fil-formola tal-applikazzjoni għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data. Ara: http://fra.europa.eu/en/data-protection-statement u l-informazzjoni relatata u n-Nota għal suġġetti tad-data li jitolbu aċċess għad-dokumenti hawnhekk.