You are here:

Artikolu 53 - Il-livell ta' protezzjoni

Xejn f'din il-Karta m'għandu jiġi interpretat bħala li jillimita jew li jolqot b'mod negattiv id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti, fl-oqsma ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom, mil-liġi ta' l-Unjoni u mil-liġi internazzjonali u mill-konvenzjonijiet internazzjonali li fihom l-Unjoni jew l- Istati Membri kollha huma parti, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad- Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u mill-kostituzzjonijiet ta' l-Istati Membri..

    Text:

    Din id-dispożizzjoni hija intiża li tippreserva dak il-livell ta' protezzjoni li huwa preżentement mogħti, fil-kamp ta' applikazzjoni rispettiva tagħhom, mil-liġi ta' l-Unjoni, mil-liġi ta' l-Istati Membri u mil-liġi internazzjonali. Qiegħed isir aċċenn għall-KEDB, minħabba l-importanza tagħha.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007

    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found