You are here:

Artikolu 32 - Il-projbizzjoni ta' impjieg ta' tfal u protezzjoni taż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol

Artikolu 32 - Il-projbizzjoni ta' impjieg ta' tfal u protezzjoni taż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol

L-impjieg tat-tfal huwa pprojbit. L-età minima għall-ammissjoni għal impjieg ma tistax tkun anqas mill-età li fiha jispiċċa l-obbligu ta' l-iskola, bla preġudizzju għal regoli iktar favorevoli għaż-żgħażagħ u ħlief derogi limitati.
Iż-żgħażagħ li jingħataw xogħol għandhom igawdu minn kondizzjonijiet tax-xogħol skond l-età tagħhom u għandhom ikunu protetti kontra l-isfruttament ekonomiku jew kontra kull xogħol li jista' jipperikola s-sigurtà, is-saħħa jew l-iżvilupp fiżiku, mentali, morali jew soċjali tagħhom, jew li jista' jikkomprometti l-edukazzjoni tagħhom.

    Text:

    Dan l-Artikolu huwa bbażat fuq id-Direttiva 94/33/KE dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol, fuq l-Artikolu 7 tal-Karta Soċjali Ewropea u fuq il-punti 20 sa 23 tal-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007

    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found