Il-FRA tikkoopera kontinwament mal-Istituzzjonijiet u mal-Istati Membri tal-UE biex tipprovdilhom pariri esperti indipendenti u analiżi tad-drittijiet fundamentali. Din stabbilixxiet kemm networks kif ukoll rabtiet mas-sħab fil-livelli kollha, sabiex il-pariri u r-riċerka tagħha jkunu jistgħu jaslu għand dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-gvernijiet nazzjonali u fl-UE.
F’dan il-qafas, li-FRA żżomm relazzjonijiet ta’ ħidma partikolarment mill-qrib ma’:
L-istituzzjonijiet tal-UE u korpi oħrajn
L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea
Il-Kunsill tal-Ewropa
Is-soċjetà ċivili u l-Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali
L-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Korpi tal-Ugwaljanza u l-Istituzzjonijiet tal-Ombudsperson
In-NU, l-OSKE u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra