Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tinkorpora fid-dritt primarju tal-UE firxa wiesgħa ta’ drittijiet fundamentali li jgawdu ċittadini u residenti tal-UE. Din saret legalment vinkolanti bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009.
Din it-taqsima tas-sit web tinkorpora Charterpedia, għodda online li tipprovdi informazzjoni aċċessibbli faċilment dwar il-Karta u d-dispożizzjonijiet tagħha. Għal kull Artikolu tal-Karta, hemm l-ispjegazzjonijiet uffiċjali tal-Artikoli tal-Karta, il-każistika Ewropea u nazzjonali relatati, u dispożizzjonijiet relatati fil-liġi kostituzzjonali nazzjonali kif ukoll fil-liġi internazzjonali. Hemm ukoll referenzi għal analiżi akkademika u pubblikazzjonijiet tal-FRA relatati.
Il-kumpilazzjoni oriġinali nħolqot mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE). Mill-2009 ’l hawn din qed tinżamm u qed tiġi kontinwament estiża mill-FRA.
Il-każistika Ewropea u nazzjonali hija aċċessibbli wkoll permezz tal-Bażi tad-Data tal-Każistika.
BAŻI TAD-DATA TAL-KAŻISTIKA