Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 39 - Id-dritt tal-vot u d-dritt tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew
Artikolu 39 - Id-dritt tal-vot u d-dritt tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew
1. Kull ċittadin ta' l-Unjoni għandu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn jirrisjedi, bl-istess kondizzjonijiet applikabbli għaċ-ċittadini ta' dak l-Istat. 2. Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu eletti b'vot dirett universali li hu liberu u sigriet.