CRPD tal-UE - Monitoraġġ

Il-Qafas tal-UE jiġbor data u informazzjoni biex jivverifika li d-dritt tal-Unjoni u l-applikazzjoni tiegħu huma koerenti mas-CRPD.

Kif il-membri tal-Qafas tal-UE għandhom jimmonitorjaw is-CRPD

Il-Parlament Ewropew jimmonitorja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni permezz ta’ rapporti ta’ implimentazzjoni, rapporti dwar id-drittijiet tal-bniedem, mistoqsijiet orali, studji u valutazzjonijiet ta’ implimentazzjoni.

B'mod partikolari:

  • il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL) huwa responsabbli mill-aspetti kollha tal-politika soċjali u d-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol;
  • il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) huwa responsabbli mill-protezzjoni fit-territorju tal-UE tad-drittijiet taċ-ċittadini, tad-drittijiet tal-bniedem u
  • tad-drittijiet fundamentali kif ukoll mill-miżuri meħtieġa biex jiġu miġġielda t-tip kollha ta’ diskriminazzjoni, inkluża dik ibbażata fuq id-diżabilità, għajr dawk ibbażati fuq is-sess jew dawk li jseħħu fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol;
  • il-Grupp ta’ Ħidma tal-Bureau dwar l-Ugwaljanza u d-Diversità jissorvelja l-miżuri amministrattivi biex jimplimenta s-CRPD fis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament.

L-Ombudsman Ewropew:

 L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA):

Il-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità (EDF):