Dawn id-drittijiet jinfurzaw prinċipji importanti bħad-dinjità, il-ġustizzja, ir-rispett u l-ugwaljanza. Jistabbilixxu standards dwar kif ngħixu u naħdmu fl-Ewropa llum.
Id-drittijiet fundamentali jinsabu fil-qalba tal-proġett Ewropew. U l-UE inkorporathom fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tagħha. Il-FRA twaqqfet biex tipproteġihom u tippromwovihom.
Minkejja dan il-wirt, hemm ħafna sfidi biex jiġu pprattikati d-drittijiet fundamentali. Il-FRA tiġbor u tanalizza d-data biex tifhem u tindirizza dawn il-kwistjonijiet.
Aħna naħdmu flimkien mal-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u s-soċjetà ċivili. Flimkien, ngħinu biex id-drittijiet fundamentali jsiru realtà għal kull min jgħix fl-UE.
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali hija l-istrument legali tal-Unjoni Ewropea għad-drittijiet tal-bniedem. Il-50 artikolu tagħha jiġbru flimkien id-drittijiet u l-libertajiet li jappartjenu lil kulħadd fl-UE.
Dispożizzjonijiet ġenerali fil-Karta jistabbilixxu l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni dettaljati tagħha. L-Istati Membri għandhom id-dmir li jirrispettaw u josservaw il-Karta meta jaġixxu fil-qafas tald-dritt tal-UE.
Il-Konvenzjoni Ewropea abbozzat il-Karta fl-1999. U l-Parlament Ewropew ipproklamaha sena wara. Il-Karta daħlet legalment fis-seħħ għalkollox bit-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009.
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali torbot lill-Istati Membri “biss meta... jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni”. Iżda ld-dritt tal-UE spiss japplika fil-livell nazzjonali. Dan jinfluwenza partijiet sinifikanti tal-liġi u t-tfassil tal-politika tal-Istati Membri.
B’hekk l-imħallfin, il-politiċi, l-uffiċjali tal-gvern u l-prattikanti legali jsiru aġenti ewlenin tal-Karta. Il-Karta tapplika kull meta jaħdmu fil-qafas tad-dritt tal-UE.
L-Applikazzjoni tal-Karta hija ċentrali għall-implimentazzjoni xierqa tad-dritt tal-UE. Il-manwal tal-FRA dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jservi ta’ gwida.