Charterpedia

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tinkorpora fil-liġi tal-UE firxa wiesgħa ta' drittijiet fundamentali li jgawdu ċittadini u residenti tal-UE. Din saret legalment vinkolanti għall-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009.

Charterpedia hija għodda online li tipprovdi informazzjoni faċli li jsir aċċess għaliha rigward dak il-qafas tad-drittijiet fundamentali miġbura u tinkludi t-test sħiħ u l-ispjegazzjonijiet legali tal-artikoli tal-Karta, il-każistika tal-UE u nazzjonali relatati , u pubblikazzjonijiet tal-FRA relatati, ipprovduti abbażi ta' artikolu b'artikolu.

Il-kumpilazzjoni oriġinali nħolqot mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE). Attwalment hija miżmuma mill-FRA.

Charterpedia hija disponibbli wkoll bħall app għal tagħmir mobbli iOS u Android.