Cookies

Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna. Cookie hija biċċa data żgħira li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew fuq l-apparat mobbli tal-viżitatur.

Aħna nużaw cookies tal-ewwel parti għall-funzjonament tekniku tas-sit web u, jekk inti tagħti l-kunsens tiegħek għalih, biex niġbru l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tagħna għal statistika anonimizzata, li l-għan tagħha huwa li ttejjeb il-komunikazzjoni tagħna u s-servizz li noffru.

F’din il-paġna tista’ ssib l-għażla biex timmaniġġja l-kunsens tiegħek.

Sabiex tkun tista’ tara vidjo tal-FRA fuq is-sit web tagħna, messaġġ se jinnotifikak li jeħtieġ li taċċetta l-cookies ta’ partijiet terzi ta’ YouTube biex tagħmel dan.  YouTube għandu l-politiki dwar il-cookies u l-privatezza tiegħu stess li fuqhom m’għandna l-ebda kontroll. Ma tiġi installata l-ebda cookie minn YouTube sakemm ma tagħtix il-kunsens tiegħek għall-cookies ta’ YouTube.


Cookies tal-ewwel parti għall-funzjonament tekniku tas-sit web

Dan is-sit web jitħaddem fuq is-sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut (CMS) ta’ Drupal. Drupal tistabbilixxi xi cookies sabiex ittejjeb l-esperjenza tal-utent u tgħin fil-kunsinna tas-sit (eż. biex tittestja jekk utent għandux JavaScript attivat.) Il-cookies li ġejjin huma stabbiliti minn Drupal fuq dan is-sit:

Isem tal-cookie

Dominju

Tiskadi / Età massima

Għan

fs

fra.europa.eu

Sessjoni

Taħżen id-daqs tat-tipa li jkun għażel l-utent.

has_js

fra.europa.eu

Sessjoni

Tinforma lis-sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut jekk għandekx il-javascript attivat fis-settings tal-brawżer tiegħek. Tista’ tipprovdi kontenut b’mod xieraq skont is-settings tiegħek. Tiskadi meta tagħlaq il-brawżer.

eu_cookie_consent

.europa.eu

Sessjoni

Tinforma lis-sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut jekk inti tkunx tajt il-kunsens tiegħek li taċċetta cookies analitiċi aggregati u cookies ta’ YouTube.

 

Cookies tal-ewwel parti użati minn Matomo Analytics

Aħna nużaw l-analitika tal-web Matomo biex nimmonitorjaw u nivvalutaw l-effettività u l-effiċjenza tas-sit web tal-FRA.

Matomo hija pjattaforma analitika b’sors miftuħ li hija kkontrollata kompletament mill-FRA. Din il-pjattaforma tippermetti l-protezzjoni tad-data personali tal-utent finali grazzi għall-karatteristiċi bħad-deidentifikazzjoni tal-indirizz tal-IP. Minbarra dan, il-FRA ħolqot karatteristika għall-ġestjoni tal-kunsens tal-utenti għall-ġbir tal-esperjenza tal-ibbrawżjar tal-utenti għal statistika anonimizzata.

Isem tal-cookie

Dominju

Tiskadi / Età massima

Għan

_pk_id.

fra.europa.eu

13-il xahar

Biex tintraċċa jekk utent huwiex ġdid għas-sit jew viżitatur ripetut.

_pk_ses.

fra.europa.eu

30 minuta

Biex tintraċċa liema paġni nfetħu

Informazzjoni u miżuri dwar il-protezzjoni tad-data f’Matomo

Matomo hija kkonfigurata biex taħżen cookies tal-ewwel parti.

Il-cookies (minn Matomo) jippermettu lill-FRA tintraċċa l-informazzjoni li ġejja dwar il-viżitaturi. Aħna nużaw din l-informazzjoni biex inħejju rapporti statistiċi aggregati u anonimi dwar l-attività tal-viżitaturi:

  • Indirizz tal-IP (b’2 bytes moħbija)
  • Post: pajjiż, reġjun, belt, latitudni u lonġitudni approssimattivi (Ġeolokalizzazzjoni)
  • Data u ħin tat-talba (żjara fis-sit)
  • Titolu tal-paġna murija (Titolu tal-Paġna)
  • URL tal-paġna murija (URL tal-Paġna)
  • URL tal-paġna li ntweriet qabel il-paġna attwali (URL Riferjali)
  • Riżoluzzjoni tal-iskrin tal-apparat tal-utent
  • Il-ħin fiż-żona ta’ ħin lokali tal-viżitatur
  • Fajls li ġew ikklikkjati u mniżżla (Download)
  • Links għal dominju estern li ġew ikklikkjati (Outlink)
  • Il-ħin ta’ ġenerazzjoni tal-paġni (il-ħin li jdumu l-paġni web biex jiġu ġġenerati mis-server tas-sit web u mbagħad biex jitniżżlu mill-viżitatur: Veloċità tal-paġna)
  • Il-lingwa prinċipali tal-brawżer li qed tintuża (Accept-Language header)
  • Il-verżjoni tal-brawżer, il-plugins tal-brawżer (PDF, Flash, Java, …) il-verżjoni tas-sistema operattiva, l-identifikatur tal-apparat (User-Agent header)
  • Lingwa tal-paġna li żar l-utent
  • Kampanji
  • Tfittxija fuq is-Sit 

L-FRA żżomm kontroll sħiħ tad-data miġbura permezz ta’ cookies tal-ewwel parti billi taħżen id-data f’servers li jkunu taħt il-pussess u l-kontroll sħiħ tal-Aġenzija nnifisha.

Minbarra xi cookies tas-sessjoni, tiġi ġġenerata cookie persistenti tal-ID każwali minn Matomo, li tippermetti lill-FRA tidentifika meta utent jerġa’ jżur is-sit. Din il-cookie għandha data ta’ skadenza ta’ 13-il xahar, u wara din titneħħa awtomatikament mill-apparat tal-utent.

Cookies ta’ partijiet terzi użati minn YouTube

Sabiex tkun tista’ tara vidjo tal-FRA fuq is-sit web tagħna, messaġġ se jinnotifikak li jeħtieġ li taċċetta l-cookies ta’ partijiet terzi ta’ YouTube biex tagħmel dan.

Isem tal-cookie

Dominju

Tiskadi / Età massima

Għan

1P_JAR

.google.com

xahar (1)

Tiġbor statistika ta’ siti web u rati ta’ konverżjoni ntraċċati.

CONSENT

.google.com

20 sena

Din il-cookie tintuża biex jiġu ssejvjati l-preferenzi tal-utent u informazzjoni oħra. Din tinkludi b’mod partikolari l-lingwa ppreferuta, l-għadd ta’ riżultati tat-tiftix li għandhom jintwerew fuq il-paġna kif ukoll id-deċiżjoni dwar jekk il-filtru ta’ Tiftixa Sigura ta’ Google għandux jiġi attivat jew le.

DV

www.google.com

7 minuti

Din il-cookie tintuża biex jiġu ssejvjati l-preferenzi tal-utent u informazzjoni oħra. Din tinkludi b’mod partikolari l-lingwa ppreferuta, l-għadd ta’ riżultati tat-tiftix li għandhom jintwerew fuq il-paġna kif ukoll id-deċiżjoni dwar jekk il-filtru ta’ Tiftixa Sigura ta’ Google għandux jiġi attivat jew le.

GPS

.youtube.com

Jum (1)

Tirreġistra ID unika fuq apparati mobbli biex ikun jista' jsir intraċċar ibbażat fuq il-pożizzjoni ġeografika tal-GPS.

IDE

.doubleclick.net

Sena (1)

Użata minn Google DoubleClick biex tirreġistra u tirrapporta l-azzjonijiet tal-utent tas-sit web wara li jara jew jikklikkja fuq wieħed mir-reklami ta’ min jirreklama bl-iskop li jkejjel l-effikaċja ta’ reklam u jippreżenta reklami mmirati lill-utent.

NID

.google.com

6 xhur

Tirreġistra ID unika li tidentifika l-apparat ta’ utent li jerġa’ jżur is-sit. L-ID tintuża għar-reklami mmirati.

PREF

.youtube.com

8 xhur

Tirreġistra ID unika li tintuża minn Google biex iżomm statistika dwar kif il-viżitatur juża l-vidjos ta’ YouTube fuq siti web differenti.

VISITOR_INFO1_LIVE

.youtube.com

179 jum

Tipprova tistma l-wisa’ tal-banda tal-utenti fuq paġni b’vidjos integrati ta’ YouTube.

YSC

.youtube.com

Sessjoni

Tirreġistra ID unika biex iżżomm statistika dwar liema vidjos ra l-utent minn YouTube.

 


Kunsens għall-ġbir tal-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek għal statistika anonimizzata u biex jintwerew vidjos ta’ YouTube

B’mod awtomatiku, l-esperjenza tal-ibbrawżjar tal-viżitaturi tas-sit web tagħna MA TIĠIX  intraċċata mill-FRA u lanqas minn xi parti terza. Madankollu, tista’ tagħżel li tagħti l-kunsens tiegħek biex tikkontribwixxi l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tagħna biex nipproduċu statistika anonimizzata jew biex taċċetta cookies ta’ partijiet terzi biex tkun tista’ tara vidjos integrati ta’ YouTube fuq is-sit web tagħna.

Jekk inti tattiva l-għażla Tintraċċax (ara hawn taħt għal spjegazzjoni) fil-brawżer tal-web tiegħek, aħna nirrispettaw l-għażla tiegħek u l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tagħna ma tiġix intraċċata għall-istatistika anonimizzata tagħna.

Jekk inti ma tkunx attivajt l-għażla Tintraċċax, aħna nipprovdulek strixxun tal-cookies biex inti tagħmel l-għażla tiegħek u tinstalla cookie msejħa “eu_cookie_consent” biex tkun tista’ żżomm rekord tal-għażla tiegħek. Jekk tagħti l-kunsens tiegħek għall-analitika, allura Matomo jiġi attivat u jittellgħu xi cookies rilevanti. Inti dejjem tista’ tiddeċiedi li tirtira l-kunsens tiegħek jew terġa’ tagħti kunsens fi kwalunkwe ħin fuq din il-paġna.

L-“eu_cookie_consent” hija cookie ta’ sessjoni: jekk tagħlaq il-brawżer tiegħek u jekk l-għażla tiegħek Tintraċċax ma tiġix attivata, jerġa’ jintwera l-istrixxun tal-cookies biex iġġedded l-għażla tiegħek.

F’każ li inti tkun iddiżattivajt il-cookies kollha, jerġa’ jintwera l-istrixxun tal-cookies ma’ kull żjara fis-sit web tagħna.

Jekk tixtieq tagħti l-kunsens tiegħek għall-analitika u għal cookies ta’ partijiet terzi ta’ YouTube (jew tirtira l-kunsens tiegħek għalihom):


Tintraċċax preferenzi

Tintraċċax hija funzjoni li tippermetti li l-viżitaturi ma jiġux intraċċati mis-siti web. L-għażliet Tintraċċax huma disponibbli f’numru ta’ brawżers fosthom:

Firefox

Internet Explorer

Chrome

Safari

Opera

Aċċess ristrett għall-informazzjoni

Il-komunikazzjoni tad-data kollha tal-analitika tiġi kriptata permezz ta’ protokoll HTTPS. Ir-rapporti analitiċi ġġenerati minn Matomo jistgħu jiġu aċċessati biss minn persunal tal-Aġenzija awtorizzat li jittratta l-Matomo jew minn subkuntratturi esterni awtorizzati kif xieraq, li jistgħu jkunu meħtieġa janalizzaw, jiżviluppaw u/jew imantnu b’mod regolari ċerti siti.

Ħabi ta’ indirizzi tal-IP

Nota: l-istituzzjoni, il-belt u l-pajjiż ta’ oriġini għall-finijiet ta’ statistika huma ddeterminati mill-IP sħiħ, imbagħad jinħażnu u jiġu aggregati qabel ma jinħbew. Matomo tuża mekkaniżmu ta’ deidentifikazzjoni tal-IP li jaħbi b’mod awtomatiku porzjon tal-IP ta’ kull viżitatur (Protokoll tal-Internet), li effettivament jagħmilha impossibbli li wieħed jidentifika viżitatur partikolari tas-sit web tal-FRA permezz tal-indirizz uniku tal-IP.

Reġistri tal-viżitaturi

Matomo tħassar b’mod awtomatiku r-reġistri tal-viżitaturi wara 54 ġimgħa. Id-data anonimizzata u aggregata tinħażen għal perjodu indefinit mill-FRA għall-finijiet ta’ analiżi.


Cookies tal-midja soċjali

L-FRA hija attiva fuq ħames pjattaformi tal-midja soċjali. Il-preżenza tagħna fil-komunitajiet ta’ Twitter, YouTube, Facebook, Instagram u LinkedIn issaħħaħ il-preżenza u l-viżibilità tagħna online.

  • Is-sit web tal-FRA ma jistabbilixxix cookies meta jintwerew links għall-mezzi tal-midja soċjali tagħna meta tkun qed tibbrawżja s-sit web tagħna.
  • Tista’ tara vidjos tal-FRA, li aħna ntellgħu (ninkorporaw) ukoll fil-paġna ta’ YouTube tagħna. Tista’ ssegwi wkoll il-links mis-sit web tagħna għal Twitter, Facebook, Instagram u LinkedIn.
  • Sabiex tkun tista’ tara vidjo tal-FRA fuq is-sit web tagħna, messaġġ se jinnotifikak li jeħtieġ li taċċetta l-cookies ta’ YouTube biex tagħmel dan. YouTube għandu l-politiki dwar il-cookies u l-privatezza tiegħu stess li fuqhom m’għandna l-ebda kontroll. Ma tiġi installata l-ebda cookie minn YouTube sakemm ma tagħtix il-kunsens tiegħek għall-cookies ta’ YouTube.
  • Bl-istess mod, meta tikklikkja fuq il-buttuni ta’ LinkedIn jew ta’ Facebook fuq is-sit web tagħna, se tiġi dirett mill-ġdid lejn is-siti web rilevanti, li lkoll għandhom il-politiki tagħhom stess dwar il-cookies u l-privatezza li fuqhom m’għandna l-ebda kontroll. Tista’ ssib il-politiki dwar il-cookies tal-ħames mezzi tal-midja soċjali li fuqhom hija attiva l-FRA hawnhekk:

Kuntatt

Tista’ tistaqsi dwar il-mod kif nużaw il-cookies permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna.