You are here:

Artikolu 10 - Il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon

Artikolu 10 - Il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon

1. Kull persuna għandha d-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon. Dan id-dritt jimplika l-libertà li wieħed ibiddel ir-reliġjon jew it-twemmin tiegħu, kif ukoll il-libertà li juri r-reliġjon jew it-twemmin tiegħu, waħdu jew ma' oħrajn, fil-pubbliku jew fil-privat, fil-qima, fit-tagħlim, fil-prattika u fl-osservanza tar-riti.

2. Id-dritt għall-oġgezzjoni ta' kuxjenza hu rikonoxxut, skond il-liġijiet nazzjonali li jirregolaw l-eżerċizzju ta' dan id-dritt.

    Text:

    Id-dritt iggarantit fil-paragrafu 1 jikkorrispondi għad-dritt iggarantit fl-Artikolu 9 tal-KEDB u, skond l-Artikolu 52(3) tal-Karta, għandu l-istess sens u ambitu. Il-limitazzjonijiet għandhom għalhekk jirrispettaw l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni, li jgħid hekk: `Il-libertà li wieħed juri r-reliġjon jew it-twemmin tiegħu tkun suġġetta biss għal dawk il-limitazzjonijiet li jkunu preskritti b'liġi u li jkunu meħtieġa f'soċjetà demokratika fl-interessi tas-sigurtà pubblika, għall-protezzjoni ta' l-ordni pubbliku, tas-saħħa jew tal-morali, jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta' ħaddieħor.`
    Id-dritt iggarantit fil-paragrafu 2 jikkorrispondi għat-tradizzjonijiet kostituzzjonali nazzjonali u għall-iżvilupp tal-leġislazzjoni nazzjonali dwar dan il-punt.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007

    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found