You are here:

Artikolu 40 - Id-dritt tal-vot u d-dritt tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali

Artikolu 40 - Id-dritt tal-vot u d-dritt tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali

Kull ċittadin ta' l-Unjoni għandu d-dritt li jivvota u d-dritt li joħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru fejn jirrisjedi bl-istess kondizzjonijiet applikabbli għaċ-ċittadini ta' dak l- Istat.

    Text:

    Dan l-Artikolu jikkorrispondi għad-dritt iggarantit bl-Artikolu 20(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (ara ukoll il-bażi ġuridika ta' l-Artikolu [III-126] tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għall-adozzjoni ta' l-arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju ta' dak id-dritt). Skond l-Artikolu 52(2) tal-Karta, dan japplika skond il-kondizzjonijiet previsti f'dawn l-Artikoli tat-Trattati.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007

    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found