FRANET

FRANET huwa n-Network tar-riċerka multidixxiplinari tal-Aġenzija. Dan huwa magħmul minn kuntratturi f'kull Stat Membru tal-UE, fir-Renju Unit u f’pajjiżi li għandhom status ta' Osservatur li, fuq talba, jipprovdu data rilevanti lill-FRA dwar kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali, biex jiffaċilitaw l-analiżi komparattiva tal-Aġenzija.

L-Aġenzija bdiet tuża s-servizzi FRANET f’Novembru 2018.