Publication date: 20 November 2015

Manwal dwar il-liġi Ewropea li għandha x’taqsam mad-drittijiet tat-tfal

It-tfal huma detenturi ta’ drittijiet b’mod sħiħ. Huma benefiċċjarji tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali kollha u soġġetti ta’ regolamenti speċjali, minħabba l-karatteristiċi speċjali tagħhom. Dan il-manwal għandu l-għan li juri kif id-dritt Ewropew u l-każistika jakkomodaw l-interessi u l-bżonnijiet speċifiċi tat-tfal.

Overview

Juri wkoll l-importanza ta’ ġenituri u tuturi jew rappreżentanti legali oħrajn u  jagħmel referenza, fejn xieraq, għal fejn id-drittijiet u  r-responsabbiltajiet huma vestiti bl-aktar prominenti fil-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal. Dan il-manwal għandu l-għan li jqajjem kuxjenza u  jtejjeb l-għarfien tal-istandards legali li jipproteġu u  jippromwovu d-drittijiet tat-tfal fl-Ewropa. Huwa punt ta’ referenza dwar il-liġi kemm tal-Unjoni Ewropea (UE) kif ukoll tal-Kunsill tal-Ewropa (KtE) relatata ma’ dawn is-suġġetti, u jispjega kif kull kwistjoni hija regolata taħt id-dritt tal-UE, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll taħt il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), il-Karta Soċjali Ewropea (ESC) u strumenti oħra talKtE. Dan il-manwal huwa mfassal għal professjonisti legali mhux speċjalisti, imħallfin, prosekuturi pubbliċi, awtoritajiet tal-protezzjoni tat-tfal, u prattikanti oħra u organizzazzjonijiet responsabbli biex jiżguraw il-protezzjoni legali tad-drittijiet tat-tfal. Huwa jispjega l-ġurisprudenza ewlenija, u jiġbor fil-qosor id-deċiżjonijiet ewlenin kemm tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QTĠ-UE) kif ukoll tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB).

Related