21
March
2018
New language versions: Lithuanian, Portuguese and Slovak
28 October 2021

Il-Manwal tad-dritt Ewropew tan-nondiskriminazzjoni. Edizzjoni tal-2018

Id-dritt Ewropew tan-nondiskriminazzjoni, kif ikkostitwit b’mod partikolari mid-direttivi tal-UE dwar in-nondiskriminazzjoni, u l-Artikolu 14 u l-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jipprojbixxi d-diskriminazzjoni f’firxa ta’ kuntesti u raġunijiet. Dan il-manwal jeżamina d-dritt Ewropew tan-nondiskriminazzjoni li jirriżulta minn dawn iż-żewġ sorsi bħala sistemi
komplementari, u jużahom b’mod interkambjabbli sal-punt li jikkoinċidu, filwaqt li jenfasizza d-differenzi fejn dawn jeżistu.
Ħarsa ġenerali

Jinkludi wkoll referenzi għal strumenti oħra tal-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari l-Karta Soċjali Ewropea, kif ukoll għall-istrumenti rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti. Bil-korp impressjonanti tal-każistika mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-Qorti talĠustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tan-nondiskriminazzjoni, jidher utli li jiġi ppreżentat, b’mod aċċessibbli, manwal maħsub għall-ġuristi — bħall-imħallfin, il-prosekuturi u l-avukati, kif ukoll uffiċjali tal-infurzar tal-liġi — fl-UE u l-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa u lil hinn.