eu-charter

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 51 - Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 51 - Kamp ta' applikazzjoni

1. Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Karta huma intiżi għall-istituzzjonijiet, għall-korpi u għall-aġenziji ta' l-Unjoni fir-rispett tal-prinċipju ta' sussidjarjetà u għall-Istati Membri wkoll biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni. Huma għandhom għaldaqstant jirrispettaw id-drittijiet, josservaw il-prinċipji u jippromwovu l-applikazzjoni tagħhom, skond il-kompetenzi rispettivi tagħhom u fir-rispett tal-limiti tal-kompetenzi ta' l-Unjoni kif mogħtija lilha fit-Trattati. 2. Il-Karta ma testendix il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi ta' l- Unjoni u ma tistabbilixxi ebda setgħa jew kompitu ġdid għall-Unjoni, u ma timmodifikax il-kompetenzi u l-kompiti definiti fit-Trattati..

Spjegazzjonijiet

  • Text:

    L-iskop ta' l-Artikolu 51 huwa li jiddetermina l-istess kamp ta' applikazzjoni tal-Karta. Huwa intiż sabiex jistabbilixxi b'mod ċar li l-Karta tapplika primarjament għall-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni, b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà. Din id-dispożizzjoni kienet abbozzata skond l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jobbliga lill-Unjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali, u skond il-mandat mogħti mill-Kunsill Ewropew ta' Kolonja. It-terminu `istituzzjonijiet` huwa rikonoxxut fit-Trattati. L-espressjoni `korpi u aġenziji` hija użata komunement fit-Trattati sabiex tirriferi għall-awtoritajiet kollha stabbiliti mit-Trattati jew mil-leġislazzjoni sekondarja (ara, per eżempju, l-Artikolu 15 jew 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea).
    Fir-rigward ta' l-Istati Membri, joħroġ b'mod ċar mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-obbligu tar-rispett għad-drittijiet fundamentali definit f'kuntest ta' l-Unjoni jorbot biss lill-Istati Membri meta dawn jaġixxu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni (is-sentenzi tat- 13 ta' Lulju 1989, Wachauf (5/88, Ġabra 1989, p. 2609); tat- 18 ta' Ġunju 1991, ERT (C-260/89), Ġabra 1991, p. I-2925) u tat- 18 ta' Diċembru 1997, Annibaldi (C-309/96, Ġabrap. I-7493). Reċentement il-Qorti tal-Ġustizzja ikkonfermat din il-każistika kif ġej: `Barra minn hekk, ta' min ifakkar li r-rekwiżiti li jemanaw mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-sistema legali Komunitarja jorbtu wkoll lill-Istati Membri meta dawn jimplimentaw ir-regoli tal-Komunità...` (sentenza tat- 13 ta' April 2000, Karlsson u oħrajn (C-292/97, Ġabra 2000, p. I-2737, punt 37)). Mingħajr dubju, din ir-regola, kif asserita f'din il-Karta, tapplika għall-awtoritajiet ċentrali kif ukoll għall-korpi reġjonali u lokali, u għall-organizzazzjonijiet pubbliċi, meta dawn jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni.
    Il-paragrafu 2, flimkien mat-tieni sentenza tal-paragrafu 1, jikkonfermaw li l-Karta ma jistax ikollha l-effett li testendi l-kompetenzi u l-kompiti mogħtija mit-Trattati lill-Unjoni. Hawnhekk qiegħed isir aċċenn espliċitu għall-konsegwenzi loġiċi tal-prinċipju ta' sussidjarjetà u tal-fatt li l-Unjoni għandha biss dawk il-kompetenzi mogħtija lilha. Id-drittijiet fundamentali kif iggarantiti fl-Unjoni ma għandhom l-ebda effett ħlief fil-kuntest tal-kompetenzi ddeterminati mit-Trattati. Konsegwentement, l-obbligu, skond it-tieni sentenza tal-paragrafu 1, ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni li jippromwovu l-prinċipji stipulati fil-Karta, jista' jeżisti biss fil-limiti ta' dawn l-istess kompetenzi.
    Il-paragrafu 2 jikkonferma wkoll li l-Karta ma jistax ikollha l-effett li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi ta' l-Unjoni kif stabbiliti fit-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà stabbiliet din ir-regola fir-rigward tad-drittijiet fundamentali rikonoxxuti bħala parti mil-liġi ta' l-Unjoni (is-sentenza tas- 17 ta' Frar 1998, Grant (C-249/96, Ġabra 1998, p. I-621, punt 45). Huwa għalhekk ovvju, skond din ir-regola, li r-referenza għall-Karta fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma tistax tiġi interpretata bħala li, bis-saħħa tagħha stess, testendi l-medda ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri li huma kkunsidrati bħala l-`implimentazzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni` (fis-sens tal-paragrafu 1 u tal-każistika imsemmija hawn fuq).

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

Każistika

Liġi kostituzzjonali nazzjonali

4 results found

  • Constitution of the Republic of Croatia
    Pajjiż:
    Croatia
  • De Belgische Grondwet
    Pajjiż:
    Belgium

    Artikel 191. Iedere vreemdeling die zich op het grondgebied van België bevindt, geniet de bescherming verleend aan personen en aan goederen, behoudens de bij de wet gestelde uitzonderingen.

  • La Constitution Belge
    Pajjiż:
    Belgium

    Article 191; Tout étranger qui se trouve sur le territoire de la Belgique jouit de la protection accordée aux personnes et aux biens, sauf les exceptions établies par la loi

  • The Belgian Constitution
    Pajjiż:
    Belgium

    Article 191. All foreigners on Belgian soil benefit from the protection provided to persons andproperty, except for those exceptions provided for by the law.

Liġi tal-UE

3 results found

Dritt internazzjonali

0 results found

Prodotti

  • Report / Paper / Summary
    4
    November
    2021
    This report outlines to what extent legal aid is available to those held in pre-removal detention in the 27 EU Member States, and in North Macedonia and Serbia, during procedures related to their return. These involve decisions on return, on detention pending removal, the removal itself and on bans on entry. The report also examines when people are entitled to free legal aid and how this aid is funded, as well as who provides representation and various factors that limit the scope of legal aid.
  • Report / Paper / Summary
    11
    October
    2021
    This report proposes a framework for becoming, and functioning as, a ‘human rights city’ in the EU. It includes ‘foundations’, ‘structures’ and ‘tools’ for mayors, local administrations and grassroots organisations to reinforce fundamental rights locally. It is based on existing good practice and expert input by representatives of human rights cities in the EU, academic experts, international organisations and city networks.
  • Report / Paper / Summary
    22
    September
    2021
    Civil society organisations play a vital role in promoting fundamental rights, but they face diverse challenges across the European Union. This report presents FRA’s findings on a range of such challenges. The findings are based on research, and on two online consultations with civil society organisations, carried out in 2020.
  • Fundamental Rights Report
    10
    June
    2021
    FRA’s Fundamental Rights Report 2021 reviews major developments in the field in 2020, identifying both achievements and areas of concern. It also presents FRA’s opinions on these developments, including a synopsis of the evidence supporting these opinions. This year’s focus chapter explores the impact of the COVID-19 pandemic on fundamental rights. The remaining chapters cover: the EU Charter of Fundamental Rights; equality and non-discrimination; racism, xenophobia and related intolerance; Roma equality and inclusion; asylum, borders and migration; information society, privacy and data protection; rights of the child; access to justice; and the implementation of the Convention on the Rights of Persons with Disabilities.
  • Opinion / Position Paper
    30
    April
    2021
    This opinion illustrates the extent and nature of lived experiences of inequality and discrimination across the EU. It does so with reference to the grounds of discrimination and areas of life covered by the racial and employment equality directives, as well as in relation to the grounds and areas covered by the proposed Equal Treatment Directive.
  • Handbook / Guide / Manual
    17
    December
    2020
    The European Convention on Human Rights and European Union law provide an increasingly important framework for the protection of the rights of foreigners. European Union legislation relating to asylum, borders and immigration is developing fast. There is an impressive body of case law by the European Court of Human Rights relating in particular to Articles 3, 5, 8 and 13 of the ECHR. The Court of Justice of the European Union is increasingly asked to pronounce on the interpretation of European Union law provisions in this field. The third edition of this handbook, updated up to July 2020, presents this European Union legislation and the body of case law by the two European courts in an accessible way.
  • Fundamental Rights Report
    11
    June
    2020
    This focus takes a closer look at the application of the Charter of Fundamental Rights of the European Union, which has been legally binding for 10 years. At EU level, it has gained visibility and sparked a new fundamental rights culture. At national level, awareness and use of the Charter are limited. Courts increasingly use the Charter, showing the impact of this modern instrument. But its use by governments and parliaments remains low. For instance, there is little indication of anyone regularly scrutinising national legislation that transposes EU law for compatibility with the Charter.
  • Fundamental Rights Report
    11
    June
    2020
    FRA’s Fundamental Rights Report 2020 reviews major developments in the field in 2019, identifying both achievements and areas of concern. It also presents FRA’s opinions on these developments, including a synopsis of the evidence supporting these opinions. This year’s focus chapter explores how to unlock the full potential of the EU Charter of Fundamental Rights.
  • Report / Paper / Summary
    12
    November
    2019
    The Charter is most effective, and has a real impact on people’s lives, when parliaments, governments and courts at local, regional and national levels all actively apply it. The national sphere is particularly relevant. A strong fundamental rights architecture and committed national governments and parliaments are key to letting the Charter unfold its potential at this level. Civil society organisations (CSOs) and national human rights institutions (NHRIs) are also crucial given their contributions to the protection and promotion of Charter rights.
  • Report / Paper / Summary
    17
    May
    2018
    Civil society organisations in the European Union play a crucial role in promoting fundamental
    rights, but it has become harder for them do so – due to both legal and practical restrictions.
    This summary outlines the main
    findings and FRA’s opinions on the different
    types and patterns of challenges faced by civil society
    organisations across the EU,