Din il-pubblikazzjoni hija silta mir-rapport annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), il-Fundamental Rights Report 2025 (Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2025). Tippreżenta żviluppi kritiċi magħżula fid-drittijiet fundamentali fl-2024, kif ukoll is-sejbiet ewlenin u l-opinjonijiet tal-FRA mill-kapitoli tar-rapport.