Constitution of Malta

Body: 

35. (1) Ħadd ma għandu jkun meħtieġ jagħmel xogħol furzat. (2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-frażi "xogħol furzat" ma tinkludix - (a) xi xogħol meħtieġ b’konsegwenza tas-sentenza jew ordni ta’ qorti; (b) xogħol meħtieġ mingħand xi ħadd waqt li jkun legalment detenut b’sentenza jew ordni ta’ qorti li, għalkemm ma jkunx meħtieġ b’konsegwenza ta’ dik is- sentenza jew ordni, ikun meħtieġ raġonevolment flinteressi tal-iġjene jew għat-tiżmim tal-post li fih ikun detenut jew, jekk ikun detenut għall-iskop tal-kura, trattament, edukazzjoni jew ġid tiegħu, ikun raġonevolment meħtieġ għal dak l-iskop; (ċ) xi xogħol meħtieġ mingħand membru ta’ korp dixxiplinat minħabba d-dmirijiet tiegħu bħala tali jew, fil-każ ta’ persuna li jkollha oġġezzjonijiet ta’ kuxjenza għal servizz bħala membru ta’ forza navali, militari jew tal-ajru, xi xogħol li dik il-persuna hija meħtieġa b’liġi li taqdi minflok dak is-servizz; (d) xi xogħol meħtieġ matul perijodu ta’ emerġenza pubblika jew fil-każ ta’ xi emerġenza oħra jew kalamità li thedded il-ħajja jew il-ġid tal-komunità.

Type of law: 
National constitutional law
Charter article: 
Country: 
Malta