Dan ir-rapport jiddeskrivi fil-qosor is-sejbiet ewlenin tat-tieni stħarriġ tal-FRA dwar l-esperjenzi ta’ persuni Lhud rigward reati ta’ mibegħda, diskriminazzjoni u antisemitiżmu fl-Unjoni Ewropea — l-akbar stħarriġ fost il‑persuni Lhud li qatt sar madwar id-dinja.
L-istħarriġ ikopri 12-il Stat Membru tal-UE, u laħaq kważi 16 500 individwu li jidentifikaw bħala Lhud. Dan isegwi l-ewwel stħarriġ tal-aġenzija, li sar f’seba’ pajjiżi fl-2012.