It-tieni rapport tal-FRA jiffoka fuq l-esperjenzi tan-nies bħala vittmi ta’ tipi magħżula ta’ kriminalità, inklużi l-vjolenza, il-fastidju, u d-delitti kontra l-proprjetà. Ir-rapport jeżamina wkoll kemm-il darba dawn ir-reati jiġu rrapportati lill-pulizija; kemm in-nies huma mħassbin li jesperjenzaw il-kriminalità; u kemm huma lesti li jintervjenu, jirrapportaw lill-pulizija jew, jekk jintalbu, jagħtu xhieda fil-qorti f’ċerti sitwazzjonijiet.
Ir-riżultati ppreżentati joffru l-ewwel data ta’ stħarriġ dwar il-kriminalità mill-UE kollha dwar l-esperjenzi tal-popolazzjoni ġenerali talvittimizzazzjoni kriminali, li tista’ tintuża biex tinforma l-politika u l-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar il-vittmi tal-kriminalità.