Dwar il-FRA

Aħna rikonoxxuti bħala ċentru ta’ eċċellenza uniku u indipendenti għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE.
L-Aġenzija nħolqot biex l-Ewropa ssir post aħjar biex tgħix u taħdem fiha. Aħna ngħinu fid-difiża tad-drittijiet fundamentali tan-nies kollha li jgħixu fl-UE.

Żgħażagħ irġiel u nisa b’kulur tal-ġilda differenti

Id-drittijiet fundamentali jiddefinixxu l-istandards minimi biex jiġi żgurat li kulħadd jiġi ttrattat b’dinjità.

Aħna ngħinu biex nippromwovu u nipproteġu dawn id-drittijiet, inklużi:

  • id-dritt li wieħed ikun ħieles mid-diskriminazzjoni abbażi tal-età, tad-diżabbiltà jew tal-isfond etniku;
  • id-dritt li tiġi protetta d-data personali tiegħek;
  • id-dritt għall-aċċess għall-ġustizzja.

Il-persunal tagħna jinkludi esperti legali, xjenzati politiċi u soċjali, esperti tal-istatistika, u speċjalisti tal-komunikazzjoni. L-għan tagħna huwa li ngħinu biex titrawwem kultura ta’ drittijiet fundamentali fl-UE kollha.

Aħna ninvolvu ruħna mal-partijiet ikkonċernati mil-livell lokali għal dak internazzjonali. It- tim tagħna jikkondividi għarfien u pariri bbażati fuq l-evidenza ma’ dawk li jfasslu l-politika u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.