Libertajiet
Artikolu 13 - Il-libertà ta' l-arti u x-xjenzi
L-arti u r-riċerka xjentifika huma liberi. Il-libertà akkademika għandha tiġi rispettata.
Dan id-dritt hu deduċibbli primarjament mid-dritt għal-libertà tal-ħsieb u l-espressjoni. Huwa għandu jiġi eżerċitat b'rispett għall-Artikolu 1 u jista' jkun soġġett għal-limitazzjonijiet awtorizzati mill-Artikolu 10 tal-KEDB.