eu-charter

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 3 - Id-dritt għall-integrità tal-persuna

Artikolu 3 - Id-dritt għall-integrità tal-persuna

1. Kull persuna għandha d-dritt għar-rispett ta' l-integrità fiżika u mentali tagħha.

2. Fl-oqsma tal-mediċina u tal-bijoloġija, dawn li ġejjin għandhom jiġu rispettati b'mod partikolari:

a) il-kunsens liberu u infurmat tal-persuna kkonċernata, skond il-proċeduri stabbiliti mil-liġi;

b) il-projbizzjoni ta' prattiċi ewġeniċi, partikolarment dawk li jimmiraw għas-selezzjoni tal-persuni;

ċ) il-projbizzjoni li l-ġisem tal-bniedem u l-partijiet tiegħu, bħala tali, jintużaw bħala mezz ta' gwadann finanzjarju;

d) il-projbizzjoni tal-klonazzjoni riproduttiva tal-bnedmin.

    • Text:

      1. Fis-sentenza tagħha tad- 9 ta' Ottubru 2001, l-Olanda vs il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, (C-377/98, Ġabra p. I-7079, punti 70, 78, 79 u 80) il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li d-dritt fundamentali għall-integrità tal-persuni hu parti mil-liġi ta' l-Unjoni u, fil-kuntest tal-mediċina u tal-bijoloġija, jinkludi l-kunsens liberu u infurmat ta' min jagħtih u min jirċevieh.
      2. Il-prinċipji ta' l-Artikolu 3 tal-Karta huma diġà inklużi fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina, adottata mill-Kunsill ta' l-Ewropa (ETS 164 u l-protokoll addizzjonali ETS 168). Il-Karta ma titbiegħedx minn dawk il-prinċipji, u għalhekk tipprojbixxi biss il-klonazzjoni riproduttiva. Hija la tawtorizza u lanqas tipprojbixxi forom oħra ta' klonazzjoni. Għalhekk ma timpedixxi bl-ebda mod lil-leġislatur milli jipprojbixxi l-forom l-oħra ta' klonazzjoni.
      3. Ir-referenza għal prattiċi ewġeniċi, partikolarment dawk li jimmiraw għas-selezzjoni tal-persuni, tirrigwarda sitwazzjonijiet fejn jiġu organizzati u implimentati programmi ta' selezzjoni, li jkunu jinvolvu, fost oħrajn, kampanji favur l-isterilizzazzjoni, it-tqala mġiegħla, iż-żwieġ etniku obbligatorju … atti li fl-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali adottat f'Ruma fis- 17 ta' Lulju 1998 (ara l-Artikolu 7(1)(g) tiegħu) huma kollha meqjusa bħala reati internazzjonali.

      Source:
      Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
      Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
      Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.
    • Vo v. France
      Decision date:
      Deciding body type:
      European Court of Human Rights
      Deciding body:
      Court (Grand Chamber)
      Type:
      Decision
      Policy area:
      Justice, freedom and security
      ECLI (European case law identifier):
      ECLI:CE:ECHR:2004:0708JUD005392400

    42 results found

    • La Constitution Belge
      Pajjiż:
      Belgium

      Art. 22bis (seconde modification)

      Chaque enfant a droit au respect de son intégrité morale, physique, psychique et sexuelle.(.....)

    • The Belgian Constitution
      Pajjiż:
      Belgium

      Article 22bis.Each child is entitled to have his or her moral, physical, mental and sexual integrity respected.(.....)

    0 results found

    0 results found