Ċittadinanza
Artikolu 43 - L-Ombudsman Ewropew
Kull ċittadin ta' l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandu d-dritt li jirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew f'każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet, tal-korpi jew ta' l-aġenziji ta' l-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha.
Id-dritt li huwa ggarantit b'dan l-Artikolu huwa d-dritt iggarantit bl-Artikoli 20 u 228] tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Skond l-Artikolu 52(2), dan japplika skond il-kondizzjonijiet previsti f'dawn iż-żewġ Artikoli.