eu-charter

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 8 - Il-protezzjoni tad-data personali

Artikolu 8 - Il-protezzjoni tad-data personali

1. Kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali li tirrigwardaha.

2. Din id-data għandha tiġi trattata b'mod ġust għal finijiet determinati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi. Kull persuna għandha d-dritt ta' aċċess għad-data miġbura li għandha x'taqsam magħha u d-dritt li tikseb ir-rettifika tagħha.

3. L-osservanza ta' dawn ir-regoli għandha titqiegħed taħt il-kontroll ta' awtorità indipendenti.

  • Text:

    Dan l-Artikolu huwa bbażat fuq l-Artikolu 286 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fuq id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31) kif ukoll fuq l-Artikolu 8 tal-KEDB u l-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat- 28 ta' Jannar 1981 dwar il-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali, li ġiet ratifikata mill-Istati Membri kollha. L-Artikolu 286 tat-Trattat KE huwa issa ssostitwit bl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 39 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Qed issir ukoll referenza għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1). Id-Direttiva u r-Regolament hawn fuq imsemmija fihom kondizzjonijiet u limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.
  • Bastei Lübbe GmbH & Co. KG v Michael Strotzer.
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Advocate General
    Type:
    Opinion
    Policy area:
    Information society
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:EU:C:2018:400
  • Unabhängiges Landeszentrum für Datenschutz Schleswig-Holstein v Wirtschaftsakademie Schleswig-Holstein GmbH
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Court (Grand Chamber)
    Type:
    Decision
    Policy area:
    Information society
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:EU:C:2018:388
  • D.F.C. y M.F.C. vs Administration of Justice and Spanish Public Prosecutor
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    First Chamber of Constitutional Court
    Type:
    Decision
    Policy area:
    Information society
    ECLI (European case law identifier):
  • Parties have been anonymised
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Riga District Court
    Type:
    Decision
    Policy area:
    Information society
    ECLI (European case law identifier):
  • Proceedings brought by Ministerio Fisca
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Advocate General
    Type:
    Opinion
    Policy area:
    Information society
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:EU:C:2018:300
  • Re. the application of Ioannis Hadjioannou and George Longkritis for permit to file an application for a certiorari order
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Supreme Court of Cyprus, Primary Jurisdiction
    Type:
    Decision
    Policy area:
    Information society
    ECLI (European case law identifier):
  • Re. the Application of Artemis Kkolos for the issue of a certiorari order
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Supreme Court of Cyprus, Appeal Jurisdiction
    Type:
    Decision
    Policy area:
    Information society
    ECLI (European case law identifier):
  • M. Y/Google France
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Court of Cassation
    Type:
    Decision
    Policy area:
    Information society
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:FR:CCASS:2018:C100178
  • European Commission v Federal Republic of Germany.
    Decision date:
    Deciding body type:
    Court of Justice of the European Union
    Deciding body:
    Court (Sixth Chamber)
    Type:
    Decision
    Policy area:
    Taxation
    ECLI (European case law identifier):
    ECLI:EU:C:2018:76
  • X v the Embassy of Finland in Switzerland
    Decision date:
    Deciding body type:
    National Court/Tribunal
    Deciding body:
    Supreme Administrative Court
    Type:
    Decision
    Policy area:
    ECLI (European case law identifier):

0 results found

0 results found

0 results found