eu-charter

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 29 - Id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' impjieg

Artikolu 29 - Id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' impjieg

Kull persuna għandha d-dritt ta' aċċess għal servizz ta' impjieg mingħajr ħlas.

  • Text:

    Dan l-Artikolu hu bbażat fuq l-Artikolu 1(3) tal-Karta Soċjali Ewropea, u l-punt 13 tal-Karta Komunitarja dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found

0 results found

0 results found