Ċittadinanza
Artikolu 46 - Il-protezzjoni diplomatika u konsulari
Kull cittadin ta' l-Unjoni għandu, fit-territorju ta' pajjiż terz li fih l-Istat Membru li tiegħu jkun ċittadin ma jkunx rappreżentat, igawdi mill-protezzjoni ta' l-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari ta' kull Stat Membru, bl-istess kondizzjonijiet taċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru.
Id-dritt li huwa ggarantit b'dan l-Artikolu huwa d-dritt iggarantit bl-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea; ara wkoll il-bażi ġuridika fl-Artikolu 23. Skond l-Artikolu 52(2), dan japplika skond il-kondizzjonijiet previsti f'dawn iż-żewġ Artikoli.