6
June
2019

Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-2019 - Opinjonijiet tal-FRA

Is-sena 2018 ġabet magħha kemm progress kif ukoll ostakli f’termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Ir-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2019 tal-FRA jirrevedi żviluppi ewlenin f’dan il-qasam, filwaqt li jidentifika kemm il-kisbiet kif ukoll l-oqsma ta’ tħassib li għad fadal. Din il-pubblikazzjoni tippreżenta l-opinjonijiet tal-FRA dwar l-iżviluppi ewlenin floqsma tematiċi koperti u taqsira tal-evidenza li tappoġġja dawn l-opinjonijiet.
Hija tipprovdi ħarsa ġenerali kompatta iżda informattiva tal-isfidi ewlenin tad-drittijiet fundamentali li qed tiffaċċja kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri tagħha.