L-Opinjoni 1/2021 tal-FRA tippreżenta evidenza ta’ esperjenzi ta’ diskriminazzjoni għarraġunijiet u fl-oqsma tal-ħajja koperti mid-direttivi dwar l-ugwaljanza razzjali u fl-impjieg. Tippreżenta wkoll evidenza ta’ esperjenzi ta’ diskriminazzjoni li jmorru lil hinn mir-raġunijiet u l-oqsma tal-ħajja koperti minn dawn iż-żewġ direttivi. Din l-informazzjoni hija rilevanti għan-negozjati fit-tul dwar il-proposta tal-2008 għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni, irrispettivament mir-reliġjon jew ittwemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.