Publication date: 11 November 2019

Li Tkun Iswed fl-UE It-Tieni Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni - Sommarju

Dan ir-rapport jiddeskrivi fil-qosor xi riżultati magħżula mit-tieni stħarriġ tal-FRA fuq skala kbira madwar l-UE rigward il-migranti u l-minoranzi (EU-MIDIS II). Huwa jeżamina l-esperjenzi ta’ kważi 6,000 persuna ta’ dixxendenza Afrikana fi 12-il Stat Membru tal-UE. Ir-riżultati juru li, kważi għoxrin sena wara l-adozzjoni ta’ liġijiet tal-UE li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni, persuni ta’ dixxendenza Afrikana fl-UE għadhom jiffaċċjaw preġudizzju u esklużjoni mifruxa u stabbiliti.

Downloads

Publication date: 15 November 2019

Being Black in the EU - Summary (451.82 KB)

Deskrizzjoni

Persuni ta’ dixxendenza Afrikana ilhom jagħmlu parti integrali min-nisġa soċjali tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Mis-sena 2000 ’l hawn, l-Unjoni stabbiliet leġiżlazzjoni biex jiġu miġġielda d-diskriminazzjoni razzjali u l-kriminalità razzista, u sforzi ta’ politika diversifikati ppruvaw jindirizzaw ir-razziżmu fil-livell tal-UE.

Minkejja dan, madwar l-UE, persuni ta’ dixxendenza Afrikana jiffaċċjaw preġudizzju u esklużjoni mifruxa u stabbiliti. Id-diskriminazzjoni razzjali u l-fastidju huma komuni. L-esperjenzi bi vjolenza razzista jvarjaw, iżda jilħqu sa 14 %. It-tfassil diskriminatorju ta’ profil mill-pulizija huwa realtà komuni. L-intoppi għall-inklużjoni għandhom ħafna aspetti, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda tiftix ta’ impjiegi u abitazzjoni.

Dawn huma biss xi wħud mis-sejbiet mit-tieni stħarriġ fuq skala kbira tal-FRA dwar il-migranti u l-migrazzjoni madwar l-UE (EU-MIDIS II) li, fost affarijiet oħra, eżamina l-esperjenzi ta’ kważi 6 000 persuna ta’ dixxendenza Afrikana fi 12-il Stat Membru tal-UE. Dan is-sommarju jippreżenta r-riżultati prinċipali ta’ dak l-isforz.

Related