eu-charter

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 33 - Il-ħajja tal-familja u professjonali

Artikolu 33 - Il-ħajja tal-familja u professjonali

1. Il-familja għandha tgawdi minn protezzjoni legali, ekonomika u soċjali.
2. Sabiex wieħed jirrikonċilja l-ħajja tal-familja u l-ħajja professjonali, kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni mit-tkeċċija għal xi raġuni konnessa mal-maternità, u d-dritt għal leave tal-maternità mħallas u għal leave parentali wara t-twelid jew l-adozzjoni ta' tifel jew tifla.

  • Text:

    L-Artikolu 33(1) huwa bbażat fuq l-Artikolu 16 tal-Karta Soċjali Ewropea.

    It-tieni paragrafu huwa ispirat mid-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu, u mid-Direttiva 96/34/KE dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC. Huwa wkoll ibbażat fuq l-Artikolu 8 (dwar il-protezzjoni tal-maternità) tal-Karta Soċjali Ewropea u huwa ispirat mill-Artikolu 27 (dwar id-dritt tal-ħaddiema li għandhom responsabbiltajiet tal-familja għal opportunitajiet indaqs u trattament ugwali). Il-kelma `maternità` tkopri l-perijodu mill-konċepiment sal-ftim.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.