Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 54 - Il-projbizzjoni ta' l-abbuż ta' dritt
L-ebda dispożizzjoni ta' din il-Karta m'għandha tiġi interpretata b'mod li timplika dritt li ssir attività jew isir xi att li hu intiż biex jeqred xi dritt jew libertà rikonoxxuti f'din il-Karta jew biex jillimitahom b'mod aktar estiż minn kif previst f'din il-Karta..