Dawn l-10 elementi ewlenin jirrappreżentaw il-punti ewlenin li qajmu l-komunikaturi u l-prattikanti f’diversi oqsma f’laqgħat ta’ esperti talFRA, seminars tal-prattikanti u gruppi fokus fl-2017 u fl-2018.
Is-sena 2017 ġabet magħha kemm progress kif ukoll ostakoli f’termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Ir-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2018 tal-FRA jirrevedi żviluppi ewlenin f’dan il-qasam, filwaqt li jidentifika kemm il-kisbiet kif ukoll l-oqsma ta’ tħassib li jifdal.
Id-dritt Ewropew tan-nondiskriminazzjoni, kif ikkostitwit b’mod partikolari mid-direttivi tal-UE dwar in-nondiskriminazzjoni, u l-Artikolu 14 u l-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jipprojbixxi d-diskriminazzjoni f’firxa ta’ kuntesti u raġunijiet. Dan il-manwal jeżamina d-dritt Ewropew tan-nondiskriminazzjoni li jirriżulta minn dawn iż-żewġ sorsi bħala sistemi
komplementari, u jużahom b’mod interkambjabbli sal-punt li jikkoinċidu, filwaqt li jenfasizza d-differenzi fejn dawn jeżistu.
It-tfal huma detenturi ta’ drittijiet b’mod sħiħ. Huma benefiċċjarji tad-drittijiet tal-bniedem
u d-drittijiet fundamentali kollha u soġġetti ta’ regolamenti speċjali, minħabba l-karatteristiċi
speċjali tagħhom. Dan il-manwal għandu l-għan li juri kif id-dritt Ewropew u l-każistika jakkomodaw
l-interessi u l-bżonnijiet speċifiċi tat-tfal.