6
June
2018

Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2018 Opinjonijiet tal-FRA

Is-sena 2017 ġabet magħha kemm progress kif ukoll ostakoli f’termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Ir-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2018 tal-FRA jirrevedi żviluppi ewlenin f’dan il-qasam, filwaqt li jidentifika kemm il-kisbiet kif ukoll l-oqsma ta’ tħassib li jifdal.
Din ilpubblikazzjoni tippreżenta l-opinjonijiet tal-FRA dwar l-iżviluppi ewlenin f’dawn l-oqsma tematiċi u taqsira tal-evidenza li tappoġġa dawn l-opinjonijiet. Meta tagħmel dan, hija tipprovdi ħarsa ġenerali kumpatta iżda informattiva tal-isfidi ewlenin tad-drittijiet fundamentali li qed tiffaċċja kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri tagħha.