Dinjità
Artikolu 4 - Il-projbizzjoni tat-tortura jew tal-pieni jew trattamenti inumani jew degradanti
Ħadd m'għandu jkun assoġġettat għal tortura jew għal pieni jew trattamenti inumani jew degradanti.
Id-dritt fl-Artikolu 4 jikkorispondi għad-dritt iggarantit bl-Artikolu 3 tal-KEDB, li għandu l-istess kliem: `Ħadd m'għandu jkun assoġġettat għal tortura jew għal trattament jew piena inumana jew degradanti.` Bis-saħħa ta' l-Artikolu 52(3) tal-Karta, għandu għalhekk l-istess sens u l-istess ambitu bħall-Artikolu tal-KEDB.